Prosekuturi fit-Turkija jinvestigaw irregolaritajiet fl-elezzjonijiet ta’ Istanbul – Anadolu

via REUTERS

Fit-Turkija, l-aġenzija tal-aħbarijiet tal-istat Anadolu qalet li prosekuturi fetħu 32 investigazzjoni dwar allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet fl-elezzjonijiet lokali ta’ Istanbul fil-31 ta’ Marzu u sejħu lil aktar minn 100 uffiċjal tal-postijiet tal-votazzjoni għall-interogazzjonijiet.

Il-partit AKP tal-President Tayyip Erdogan sejjaħ għall-annullament u repetizzjoni tal-vot ta’ Istanbul. Fl-elezzjonijiet lokali li saru madwar il-pajjiż kollu dakinhar, l-AKP tilfet il-kontroll ta’ Istanbul u l-kapitali Ankara.