Prosekutur Taljan jordna sekwestru tal-Open Arms biex iniżżel lill-immigranti l-art

Reuters

Prosekutur fl-Italja ordna s-sekwestru tal-vapur Open Arms li kien ilu b’mitt immigrant abbord bejn sema u ilma qrib Lampedusa għal 19-il ġurnata.

L-immigranti huma mistennija li jitneħħew mid-dgħajsa dan il-lejl,  stqarr l-uffiċċju tal-Prosekutur, iżda s’issa ma ħarġu l-ebda dettalji dwar kif se jkun qed iseħħ l-iżbark tal-immigranti.

Id-dgħajsa tal-Għaqda Non-Governattiva Open Arms b’mod ripetut talbet biex tkun tista’ tniżżel l-immigranti l-art iżda ma setgħux jagħmlu dan minħabba l-impediment impost mill-Gvern Taljan fuq bastimenti ta’ salvataġġ privati.