Proposti żewġ kategoriji oħra fid-DNOs li se jolqtu lill-Kordin u l-Pulizija

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ipproponiet li jiżdiedu żewġ kategoriji fil-lista tal-Ordni għal Notifikazzjoni ta’ Żvilupp (DNO), liema kategoriji se jaffettwaw żviluppi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u l-Pulizija ta’ Malta.
Applikazzjonijiet għal żvilupp li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji ta’ żvilupp tad-DNO ikunu żviluppi li ma jħallux effett kbir fuq residenzi tal-qrib, ngħidu aħna alterazzjonijiet interni u xogħlijiet fuq soqfa.
Għal dawn it-tip ta’ applikazzjonijiet ma jiġix ikkonsultat il-pubbliku.
Preżentament hemm 19-il kategorija ta’ żvilupp simili.
Kategorija 20, proposta mill-Awtorità tal-Ippjanar, tagħti d-dritta lid-Direttur ta’ Kordin imexxi bi żviluppi f’art li hi diġà tal-ħabs.
Jekk żvilupp propost ikun fuq art protetta, ikun jeħtieġ l-intervent tas-Supretindenza għall-Wirt Kulturali u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.
Żvilupp simili jrid ikun ukoll propost mill-ministru responsabbli għall-ħabs.
L-istess jgħodd għall-Pulizija ta’ Malta, jekk did-darba kategorija 21 tiġi approvata.
Tista’ tara n-notifika legali sħiħa, u bil-Malti, minn hawn taħt.