Proposti pieni iktar ħorox għal min iħammeġ

Tnediet konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi fuq ir-regolamenti rigward ir-rimi illegali ta’ skart. 
Il-Ministru għall-Ambjent José Herrera spjega li l-emendi proposti jiffukaw fuq sitt elementi ewlenin: il-ġbir tal-boroż tal-iskart f’ħin u kif indikat, rimi ta’ skart illegali, responsabbiltà akbar fuq il-bejjiegħa tat-triq, estensjoni taċ-ċirkustanzi aggravati, multi amministrattivi u pieni aktar ħorox. 
Saħaq li l-koperazzjoni tal-pubbliku hi essenzjali għal pajjiż aktar nadif. 
Intervjena wkoll is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis li tkellem dwar l-importanza tar-riċiklaġġ. Fakkar li l-kunsilli lokali joffru servizz ta’ ġbir ta’ skart goff b’xejn kif ukoll ġbir ta’ skart li jiġi riċiklat.