Proposti 8 żoni marittimi għal Natura 2000

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi pproponiet il-ħolqien ta’ tmien żoni marittimi għall-ħarsien ta’ Natura 2000, u jkopru 3,450 kilometru kwadru ta’ baħar madwar il-gżejjer Maltin.
Iż-żoni identifikati jkopru kważi d-dawra kollha tal-kosta u anke nħawi ferm iktar ’il barra imma fi ħdan il-25 mil nawtiku ta’ Malta, u huma żieda fuq il-ħames siti ta’ Natura 2000 li diġà kienu ġew dikjarati.
Ħames mit-tmien siti qed jiġu proposti biex iħarsu speċi partikolari ta’ għasafar, sit ieħor għall-ħarsien ta’ tip ta’ fekruna u t-tnejn l-oħra minħabba għasafar, fkieren u dniefel.