Proposti 24 sit biex jinfetħu aktar għall-pubbliku

Wied Għomor f’San Ġiljan u l-Inwadar ta’ Birżebbuġa, se jiġu kkunsidrati mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex isiru siti għall-pubbliku.
Il-proposta għaż-żewġ inħawi tressqet mill-Ministru tal-Ambjent, Josè Herrera, kemm bħala membru parlamentari kif ukoll fuq inizjattiva personali.
It-talba se tiġi mistħarrġa mill-Awtorità tal-Ippjanar, u wara jkollha tiġi diskussa fil-Parlament.
Barra minn dawn is-siti, applikazzjonijiet għal 22 sit ieħor tressqu mill-Flimkien Għal Ambjent Aħjar u l-Friends of the Earth.
Dawn huma s-siti:

  • Manoel Island
  • Wied Garnaw
  • Il-Ħondoq tal-Qala
  • Kalanka f’Delimara
  • Inħawi f’Ta’ Xbiex fejn hemm siġar antiki ferm
  • Il-bajjiet minn San Ġorġ sa tas-Sliema
  • Il-kosta tal-Belt Valletta u l-Forti Sant’Iermu
  • Mill-Bajja ta’ San Tumas sa Xrobb l-Għaġin
  • Xi siti mis-Siġġiewi saż-Żurrieq
  • Siti b’siġar tal-arżnu (bħaż-żnuber u l-prinjol) wara s-swar tal-Furjana u l-Argotti, St Philips u l-Ġonna ta’ Sa Maison
  • Art mill-Ġnejna sal-Imtaħleb
  • Villa Guardamangia f’Tal-Pietà
  • Sit fis-Simblija
  • Kemmuna
  • Iċ-Ċittadella
  • Ta’ Ċenċ
  • Ħas-Saptan u Wied Żembaq
  • Il-Ballut tal-Wardija
  • Il-Ballut tal-Imġiebaħ
  • Ras ir-Raħeb u Wied il-Qlejgħa
  • Fomm ir-Riħ

Il-Ministru qal li bħalissa l-ministeru għaddej b’taħditiet sabiex jidentifikaw ċerti passaġġi antiki rurali biex jgħaddu mill-istess proċess ta’ aċċessibiltà għall-publiku.
Temm jgħid li dan kollu hu possibbli bl-Att dwar id-Dominju Pubbliku, li sejjaħlu kisba importanti.