Proposta tal-Gvern biex is-Sindku jagħżel li jkun full time

Il-Gvern qed jipproponi li s-sindki jkollhom il-possibiltà li jagħżlu jaħdmux fuq bażi full-time. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis. 
Huwa tenna li peress li l-funzjoni tagħhom huwa li jtejbu l-ħajja tan-nies li jirrappreżentaw, qed ikun propost li jingħatawlhom ukoll responsabbiltajiet fil-qasam soċjali. 
Parnis sostna li s-sindku għandu jkun iċ-ċittadin li jmexxi lill-bqija tal-lokal u għandu jkun dejjem hemm sabiex jassisti liċ-ċittadini.
Appellant lill-kunsilli lokali biex jagħtu l-kontribut tagħhom u jorganizzaw attivitajiet lokali waqt is-16-il jum t’attiviżmu li se jsir f’Novembru.
Ritratt: DOI – Jason Borg