Proposta ta’ żwieġ, qalb il-ħut

Sorpriża ħelwa u mhux mistennija fl-Akwarju Nazzjonali ta' Malta hekk kif il-proposta taż-żwieġ saret b'mod mhux tas-soltu.

Edward u Christine kienu qed iżuru l-akwarju, iżda filwaqt li Christine kienet qed tħares lejn il-ħut, rat bugħaddas bil-messaġġ “Will you marry me?”. Edward, l-għarus tagħha imbgħad niżel fuq irkopptejh filwaqt li ħareġ iċ-ċurkett. Christine mill-ewwel għannqitu, u aċċettat il-proposta għaż-żwieġ.

Bl-għajnuna tal-ħaddiema tal-akwarju, is-sorpriża t’Edward irnexxiet. Kienet idea mhux tas-soltu, iżda saret realta’. Il-filmat ta' din l-istorja ħelwa jinsab fuq Youtube.