Proposta ta’ għalqa għall-ħnieżer

Animal Liberation Malta qed tipproponi lill-awtoritajiet li għalqa ħdejn il-Girgenti tiġi offruta għal 14-il-ħanżir li, skont l-organizzazzjoni, nstabu jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena ħafna fejn ħadd ma jagħti kashom. Din iż-żona, skont l-istess organizzazzjoni, hija spazjuża, sikura u kollha siġar, u tista’ tagħti l-possibilità lil dawn il-ħnieżer jgħixu kuntenti u filwaqt li jiġu mogħtija l-kura kollha li għandhom bżonn.

Iż-żona li qed tipproponi l-organizzazzjoni hija l-istess għalqa li jittieħdu fiha studenti tal-iskola biex jitgħallmu fuq l-annimali. Bennejja qattgħu tmiem il-ġimgħa tagħhom jaħdmu biex jagħmlu din iż-żona sikura u abitabbli għal dawn il-ħnieżer, bit-tama li dawn jiġu mmexxijja.

L-erbatax il-ħanżir li fadal huma nisa, apparti minn qasqus li se jiġi kkastrat hekk kif jikber. Il-ħnieżer kollha se jiġu rreġistrati u ċċipjati, u se jkun hemm skrijning regolari mill-veterinarji.

Oriġinarjament il-veterinarju tal-biċċerija, kelliema għal Animal Liberation Malta qalet li jekk il-ħnieżer li nstabu jiġru f’għelieqi fil-Mellieħa ma jiġux addottati sal-4 ta’ Settembru se jinqatlu. Madanakollu, din id-data ġiet estiża.

Sid il-ħnieżer kienet ikkuntattjat lil Newsbook.com.mt b’informazzjoni li l-ħnieżer huma stmati u li l-ġebel imqalleb hija xi ħaġa li jagħmlu huma b’mod normali. Hi saħqet li veterinarji mill-biċċerija żaru l-ħnieżer u qalu li jinsabu f’kundizzjoni tajba.