Proposta għal żewġ breakwaters fin-nofsinhar ta’ Malta

Transport Malta applikat għal fondi Ewropej biex tagħmel xogħol ta’ rinovazzjoni fuq il-breakwater ta’ Delimara u l-kostruzzjoni tal-breakwater fil-Qrejten f’Marsaxlokk.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar li t-talba ta’ Transport Malta tlaħħaq it-€18-il miljun. Hu maħsub li x-xogħol kollu jkun konkluż sa’ Marzu tal-2020.
Dawn iż-żewġ proposti se jiġu evalwati minn kumitat indipendenti għas-selezzjonijiet tal-proġetti. Jekk jakkwistaw il-Fondi Ewropej,  €7 miljun minnhom se jiġu ffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea skont kif kien approvat fil-Programm Operattiv tal-Fondi Ewropej għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd f’Malta.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut