Proposta għal lukanda ġdida fil-Mellieħa

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li tressqet applikazzjoni biex tinbena lukanda ġdida fil-Mellieħa, f’kumpless li se jinkludi wkoll għadd ta’ ħwienet kummerċjali, appartamenti u parkeġġ taħt l-art.
Fil-Parlament, il-Ministru Borg spjega li wara proċess ta’ konsultazzjoni preliminari, l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet screening letter fit-18 ta’ Settembru li għadda, u mistenni jkompli l-proċess biex tiġi validata l-istess applikazzjoni.
Dwar din il-proposta, tkellem ukoll il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi li ppreċiża li l-proposta hija għal lukanda ta’ tlett istilel fid-daħla tal-Mellieħa. 
Il-Ministri Borg u Mizzi kienu qed iwieġbu għall-interpellanzi parlamentari li tressqu mid-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.