Proposta għal 10 ijiem leave għall-ġenituri fi żmien it-twelid tat-tarbija

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi diversi miżuri li jsaħħu l-Bilanċ Bejn il-Ħajja u x-xogħol, b’mod partikolari għall-ġenituri.
Dawn huma:

  • Għaxart ijiem leave għall-missier/ġenitur ieħor fi żmien it-twelid tat-tarbija
  • Erba’ xhur leave għal kull ġenitur sakemm il-wild jagħlaq 12-il sena
  • Ħamest ijiem leave fis-sena biex jieħdu ħsieb persuna marida li tiddependi minnhom
  • Il-possibilità ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli

Il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa faħħar l-objettivi tal-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Bilanċ bejn il-Ħajja u x-Xogħol.  Fl-istess waqt saħaq li n-nuqqas tan-nisa fis-suq tax-xogħol għandu jiġi indirizzat.
Waqt laqgħa mal-COFACE Families Europe, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-familji, li hu responsabbli għalihom hu stess, Dr Casa stqarr li jekk il-proposti jidħlu fis-seħħ, id-drittijiet tal-ġenituri li jaħdmu se jiġu estiżi b’mod sinifikanti.