Proposta biex il-Premju Nobel għall-Paċi jingħata lill-Marina Taljana

Il-ġurnalist Ġermaniż Rupert Neudeck ippropona biex il-Marina Taljana tingħata l-Premju Nobel għall-Paċi talli salvat eluf ta’ bnedmin mill-baħar. 
Neudeck qal li “minflok tiġi kkritikata, l-Marina għandha tingħata l-Premju Nobel minħabba l-ħidma li qed tagħmel f’Mare Nostrum”. 
Min-naħa l-oħra Neudeck ikkritika l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni irregolari u ddeskriviha bħala katastrofika. 
Skont rapporti fil-mezzi tax-xandir, permezz ta’ Mare Nostrum, il-Marina Taljana salvat min-nawfraġju aktar minn 93,000 persuna.