Proposta biex il-pont tal-Imrieħel jissemma għall-vittmi

Qed tkun ikkunsidrata proposta biex il-pont fil-bypass tal-Imrieħel jissemma għaż-żewġ tfajliet li sfaw vittmi ta' inċident tat-traffiku fit-triq f'Awwissu tal-2005.
Fil-Parlament, il-Ministru Joe Mizzi saħaq kif il-Gvern qed jagħrbel idea li l-pont jissemma wara Emma Housley, ta' 17-il sena, u l-ħabiba tagħha Graziella Fenech, ta' 13-il sena, li mietu f'inċident li ħasad lill-pajjiż 12-il sena ilu.
Huma mietu meta karozza tajrithom fil-bypass waqt li kienu fi triqithom biex iżuru ħabiba tagħhom li kienet marida. Filwaqt li Emma Housley mietet fuq il-post, Graziella Fenech mietet jumejn wara.
Il-Ministru Mizzi qal kif diġà nbnew l-istrutturi fiż-żewġt itruf tat-triq. Hu mistenni li x-xogħol jitlesta sa Ġunju.
Hu stmat li l-pont jiġi jiswa madwar €1 miljun, liema somma qed titħallas minn persuni privati.