Promozzjoni għal Malta u Għawdex fix-xitwa

Il-proprjetà f’Malta u Għawdex se tingħata aktar promozzjoni barra minn xtutna.
Dan hekk kif twaqqfet il-Fondazzjoni Proprjetà Maltija bl-għan li tħeġġeġ lill-barranin biex jinvestu fi gżiritna.
Il-Fondazzjoni se tħabrek biex jiżdiedu ż-żjajjar ta’ familjarizzazzjoni lejn Malta u Għawdex waqt ix-xhur tax-xitwa, tiżdied ir-riċerka f’opportunitajiet għal swieq ġodda u jingħataw fondi mill-Unjoni Ewropea għall-benefiċċju tal-industrija.
Il-membri tal-Fondazzjoni nnominati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi huma Sandro Chetcuti, Michael Stivala, Alfred Camilleri u Michael Bonello filwaqt dawk innominati mill-Gvern huma Vincent Bone, Peter Caruana, Mario Falzon u Antoine Mallia.