Programmi ta’ transizzjoni fl-iskejjel minn Aġenzija Żgħażagħ

Read in English.

L-Aġenzija Żgħażagħ qed toffri żewġ korsijiet onlajn, My Next School Adventure u The Secondary School Survival Kit. L-istudenti li jagħmlu t-transizzjoni mill-iskola primarja għall-iskola medja kif ukoll mill-iskola medja għall-iskola sekondarja, jgħaddu minn bidliet soċjali, emozzjonali u fiżjoloġiċi li jistgħu jħallu impatt fuq il-benesseri u t-tagħlim tagħhom. Dawn il-korsijiet għandhom l-għan li jiffaċilitaw transizzjoni effettiva minn skola għall-oħra. Dawn il-korsijiet huma kemm divertenti u kif ukoll interattivi biex iż-żgħażagħ jieħdu gost filwaqt li qed jitgħallmu. Barra minn hekk, dawn il-korsijiet, jipprovdu l-ħiliet tal-ħajja meħtieġa li permezz tagħhom l-istudenti jistgħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom.

‘My Next School Adventure’ hu mmirat għall-istudenti li għadhom kemm spiċċaw is-Sitt Sena u ser jibdew is-Seba’ Sena f’Settembru li ġej. Is-sessjonijiet ser jipprovdu opportunità lill-istudenti biex jesploraw il-ħiliet personali tagħhom, iħarsu lejn modi effettivi biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom fil-klassi, jiskopru stili ta’ tagħlim, jaħdmu b’mod effettiv ma’ sħabhom tal-klassi, jitgħallmu ikunu studenti attivi, jsolvu kunflitti, jiksbu appoġġ mill-iskola fejn ikun hemm il-bżonn, u kif iqasmu il-ħin kemm fl-iskola kif ukoll fid-dar. Ser inkunu qed nesploraw dawn it-temi permezz ta’ attivitajiet divertenti u interattivi, u fi tmiem il-kors, l-istudenti jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.

Il-programm Secondary School Survival Kit huwa mmirat għall-istudenti li għadhom kemm spiċċaw it-Tminn Sena u se jibdew id-Disa’ Sena f’Settembru li ġej. Dan il-programm jikkonsisti fi 8 sessjonijiet ta’ siegħa u nofs-il waħda u għandu l-għan li jagħti spazju lill-istudenti biex itejjbu dawk il-ħiliet tal-ħajja li huma kkunsidrati importanti għal tranżizzjoni ta’ suċċess għall-aħħar 3 snin ta’ l-iskola sekondarja. Is-sessjonijiet se jindirizzaw it-temi bħal: naħsbu dwar il-futur, l-għanijiet tiegħi, kif nimmaniġġja l-ħin, il-pożittiv u n-negattiv, il-ħbiberija, l-benessri onlajn u offlajn u l-ħiliet għas-Sekondarja. Se nżuru dawn it-temi permezz ta’ playlist ta’ kanzunetti waqt li niddiskutu u nagħmlu attivitajiet flimkien. Fi tmiem il-kors l-istudenti jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni u survival kit.

Iż-żewġ korsijiet jikkonsistu fi 8 sessjonijiet ta’ siegħa u nofs il-waħda. Ser ikun hemm diversi sessjonijiet online fi ġranet u ħinijiet differenti biex jakkomodaw kemm jista’ jkun studenti. L-applikazzjonijiet onlajn huma miftuħa sal-10 ta’ Lulju 2020. Għal aktar informazzjoni, ġentilment mitluba żżurru is-sit www.youth.gov.mt jew tikkuntattjaw lis-Sur Simon Schembri fuq 99787253 għal ‘My Next School Adventure’ jew lis-Sinjura Isabelle Mallia fuq 99787250 għal ‘The Secondary School Survival Kit’.

Din l-informazzjoni twasslet minn Aġenzija Żgħażagħ.