Programmi ta’ ġrajjiet kurrenti mill-ħarifa fuq TVM

Mark Laurence Zammit u Quinton Scerri

Għall-iskeda tal-ħarifa tal-istazzjon nazzjonali TVM li tibda mit-Tnejn 28 ta’ Settembru hemm bosta programmi varjati. Dawn jinkludu l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti.

Kull filgħodu se jerġa’ jkun qed jitwassal il-programm TVAM li b’differenza mill-istaġun l-ieħor mhux se jkun ippreżentat minn Quinton Scerri, li minflok se jkun qed iwassal programm ieħor kuljum fis-7pm, bl-isem ta’ Popolin.

Fil-ħin ta’ filgħaxija Mark Lawrence Zammit se jkun qed iwassal programm kompletament ġdid l-Erbgħa filgħaxija bl-isem ta’ L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa filwaqt li nhar ta’ Ħamis Saviour Balzan jirritorna bi staġun ġdid tal-programm Xtra.

It-Tnejn fl-10.05pm Brian Hansford se jkun qed jippreżenta staġun ġdid ta’ Realtà filwaqt li l-Ġimgħa filgħaxija fl-10.30pm, eżatt wara l-programm ġdid Serata ma’ Ron, se jitwassal staġun ġdid ta’ Insights ippreżentat minn Glen Falzon.