Programmi popolari Taljani se jitwaqqfu

Madwar id-dinja ix-xena televiżiva qed tintlaqat ukoll mill-effetti tal-coronavirus u jidher li Canale 5 se jkun qed iwaqqaf bosta programmi b’effett immedjat.

Jitwaqqaf mil-lum is-Sibt il-programm ta’ wara nofsinhar Verissimo filwaqt li mill-Ħadd wara nofsinhar jieqaf il-programm Domenica Live.

Programm ieħor li se jkun qed jitwaqqaf se jkun Uomini e Donne li Maria De Filippi tippreżenta fuq l-istazzjon Canale 5 mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-ħin ta’ wara nofsinhar.

Peress li dan huwa programm irrekordjat hemm ftit programmi li diġà huma rrekordjati li għandhom jintwerew sal-ġimgħa d-dieħla.

Mit-23 ta’ Marzu Uomini e Donne se jkunu qed jisparixxi mill-iskeda tal-Canale 5 u fil-ħin tiegħu se jkunu qed jixxandru films li nħadmu fl-aħħar snin, kif ukoll films mnebbħa minn rumanzi ta’ awturi popolari bħal Inga Lindstrom u Rosamunde Pilcher.

Rosamunde Pilcher: L’Eredità del Nostro Padre. Ritratt: ZDF/Jon Ailes

Programmi oħra bħal Grande Fratello VIP, Live Non è la D’Urso u Amici Serale għalissa se jibqgħu jixxandru.