Programm Vokali u Mużikali tal-Milied f’Tas-Sliema

Read in English.

Is-Socjeta’ Filarmonika “Sliema” flimkien mal-Patrijiet Franġiskani u l-Kummissjoni Festi Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, ser ittella’ l-Programm Vokali u Mużikali tal-Milied nhar il-Gimgha 20 ta’ Dicembru fis-7 pm fis-Santwarju Marjan Madonna tas-Sacro Cuor f’ Tas-Sliema.

Il-Programm ser ikun imtella’ mill-Banda Ċittadina “Sliema” li ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone.

Flimkien mal-Banda “Sliema” ser jieħdu sehem il-Kor Vokali “EnKor”  kif ukoll il-kantanta Shaznay Mangion.

Il-Kor Vokali “EnKor” flimkien mal-Banda “Sliema” ser jgħaddu s-siltiet popolari “Deck the Hall” , “Ding Dong” u “Min hu dak it-tifel” fuq arranġament mużikali ta’ Lesley Tabone.

Il-Kor “EnKor” ser ikanta a cappella wkoll “Ninni la tibkix iżjed” u “Have yourself a Merry Little Christmas”.

Il-kantanta żgħażugħa Shaznay Mangion ser tinterpreta “O Holy Night” b’arranġament ta’ Raymond Sciberras.

Flimkien mal-Banda jieħu sehem ukoll l-Ewfonju Solista Edward Mizzi bis-silta “Agosto” ta’ Jacob De Haan.

Il-Banda Ċittadina “Sliema” tesegwixxi wkoll “Holiday Adventure” ta’ Brian Sadler, “A Christmas Selection” mill-pinna mużikali ta’ Anthony Chircop, “Pacific Dreams” ta’ Jacob De Haan u “Swingin Christmas” ta’ Johnnie Vinson.

Id-dħul huwa b’xejn.