Programm speċjali: Kriżi coronavirus, rekord ta’ 111-il każ

Read in English.

Il-Gvern għadu kemm ħabbar li l-għadd ta’ każi ġodda ta’ persuni bil-coronavirus f’dawn l-aħħar 24 siegħa biss, huwa 111. L-għadd sħiħ ta’ każijiet attivi huwa ta’ 940, il-biċċa l-kbira minnhom każi ta’ dan l-aħħar ġranet.

Pajjiżi b’ċifri simili u anke inqas bdew jieħdu miżuri stretti. Aħna x’għandna nagħmlu?

Programm speċjali fis-2pm illum l-Erbgħa 14 ta’ Ottubru. Jieħdu sehem Dr Vincent Marmara, Abigail Mamo, Dr James Degaetano, Prof. Mary Anne Lauri u Graham Sansone.

Imexxu l-programm Fr Joe Borg u Sylvana Debono