Programm speċjali: Kollaboraturi tal-Kardinal-Elett Grech jitkellmu ma’ Newsbook

Il-Kardinal-Elett bl-aħħar kummenti tiegħu qabel il-Konċistorju 

Read in English.


Il-Kardinal-Elett Mario Grech flimkien mal-Isqof ta’ Għawdex Dun Anton Teuma, Dun Eddie Zammit u Dun Tarċisju Camilleri tkellmu ma’ Newsbook.com.mt ftit ħin qabel il-konċistorju, li fih l-Isqof Grech flimkien ma’ 12 oħra se jinħatru mill-Papa Franġisku bħala kardinali.

It-tlieta ħadmu mal-Isqof Grech meta kien isqof ta’ Għawdex. Dun Anton kien jaħdem fil-qasam tal-pastorali tal-familja, Dun Eddie kien l-Assistent Personali tiegħu u Dun Tarċisju kien il-Vigarju tad-Djoċesi.

  • X’għandna nistennew tul il-Konċistorju?
  • Kif qed iħossuhom huma qabel din il-ġrajja kbira għal Għawdex u anke għal Malta?
  • X’inhu s-sentiment bejn il-grupp żgħir ta’ qraba u ħbieb li telgħu għall-okkażjoni?
  • Kif qed iħossu l-Kardinal Elett?

L-intervisti saru minn Fr Joe Borg.