Programm speċjali dwar iż-żjara tal-Papa fuq Newsbook u 103

Read in English.

Fil-11.30am fuq Newsbook.com.mt u fuq l-istazzjon tar-radju 103 se jittella’ programm speċjali dwar iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta.

Il-programm, ippreżentat minn Fr Joe Borg u Sylvana Debono, se jinkludi diskussjoni mal-membri tal-Kumitat Organizzattiv fosthom mal-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi, iċ-Chairman tal-Kumitat, l-aħħar aħbarijiet u kollegamenti mal-ġurnalisti ta’ Newsbook fil-Belt Valletta.

Il-Papa Franġisku se jżur il-Gżejjer Maltin fil-31 ta’ Mejju li ġej.  Riċentament huwa semma lil Maltin darbtejn. Fit-30 ta’ Jannar li għadda, l-Arċisqof Charles Scicluna ltaqa’ mal-Papa Franġisku u tkellmu dwar din iż-żjara.

Din se tkun ir-raba’ żjara ta’ Papa f’Malta fl-aħħar 30 sena.  L-ewwel Papa li żar Malta kien San Ġwanni Pawlu II fl-1990 meta kien qatta’ tlett ijiem f’Malta. Fl-2001 l-istess Papa kien reġa’ ġie Malta fejn kien ukoll ibbeatifika lil Dun Ġorġ Preca, lil Swor Adeodata Pisani u lill-Beatu Nazju Falzon. Fl-2010, imbagħad, kien ġie Malta l-Papa Benedittu XVI, l-istess Papa li tliet snin qabel fl-2007, kien ikkanonizza lil San Ġorġ Preca.