Programm kbir għal Notte Bianca ta’ din is-sena

Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qal li l-edizzjoni tan-Notte Bianca ta’ din is-sena se tkun akbar mis-soltu għaliex din ser tkun l-ewwel edizzjoni wara li l-Belt Valletta giet mgħotija t-titlu ta’ Belt Kulturali Ewropea għas-sena 2018.

Herrera qal li qed jagħmel minn kollox biex l-għadd ta’ nies li jattendu n-Notte Bianca ta’ din is-sena jaqbeż dak li normalment jattendu għal din il-festa ta’ kultura.

Dan għaliex fi kliemu l-programm fl-edizzjoni ta’ din is-sena huwa ferm aktar iffukat b’potenzjal li jilħaq l-akbar firxa wiesgħa ta’ nies possibli.

Herrera fakkar f’żewġ inizjattivi li qed jittieħdu din is-sena biex din il-festa tilħaq lil kulħadd.

Huwa semma l-vapur għall-Ghawdxin bejn Għawdex u l-Port l-Kbir flimkien mal-app għall-mowbajl bil-programm sħiħ u dettaljat tan-Notte Bianca. 

 

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott