Programm għall-priġunieri sena qabel joħorġu mill-ħabs

Priġunieri li jkunu qed jiskontaw l-aħħar sena priġunerija se jibdew isegwu programm minn residenza fil-Belt Valletta, immexxi mill-Fondazzjoni RISE. 
Dan wara li ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali mal-Fondazzjoni RISE, b'allokazzjoni ta' €190,000 għal tliet snin.  Il-ftehim jassigura li r-residenza tkun mgħammra bl-aqwa servizzi, kura komunitarja u għajnuna fiżika, soċjali u psikoloġika. 
Il-Ministru Michael Falzon appella lis-soċjetà biex tkun aktar tollerabbli ma' dawn il-persuni li jkunu ħallsu għall-għemil tagħhom. 
Il-Fondazzjoni RISE taħdem biex tipprepara lill-priġunieri qabel jerġgħu lura fis-soċjetà. 
Ritratt: DOI – Kevin Abela