Programm ġdid għal dawk interessati li jgħallmu l-ICT lill-anzjani

Ingħata bidu għal programm ġdid għal individwi interessati li jgħallmu t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) lill-anzjani.
Il-programm jismu Train the Trainer u  tnieda mil-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) sabiex titnaqqas il-firda diġitali bejn il-faxex tas-soċjetà.
Dan huwa taħriġ sabiex il-parteċipanti jitgħallmu kif jgħallmu l-ICT b’mod effettiv, kif ukoll jidentifikaw l-aħjar modi ta’ tagħlim għall-anzjani dwar l-użu tal-Internet fil-ħajja ta’ kuljum.
L-MCA qed titlob lil individwi interessati jibagħtu imejl fuq info@mca.org.mt.
Dawk interessati jeħtieġ li jkollhom għarfien tajjeb tal-ICT u jkunu jafu jitkellmu, jaqraw u jiktbu bil-Malti u Ingliż.