Programm edukattiv u informattiv fuq il-bajjiet tagħna

Mil-lum it-Tnejn 29 ta’ Ġunju fid-9.45pm fuq TVM, Marika Caruana Smith se tibda tippreżenta bandiera Kaħla, programm edukattiv u informattiv fuq il-bajjiet tagħna li huma ċertifikati bil-bandiera blu.

Se nkunu qed inżuru dawn il-bajjiet u flimkien ma’ rappreżentanti tal-MTA ser insiru nafu xi kriterji hemm bżonn biex bajja tiġi ċertifikata, permessi f’dawn il-bajjiet, ix-xogħol tal-beach supervisors, inspections li jsiru ta’ kuljum qabel tittela’ l-bandiera blu, attivitajiet li jiġu organizzati u ma jonqosx li nitkellmu wkoll fuq l-iskart u s-separazzjoni tiegħu.

Flimkien ma’ rappreżentant tar-Red Cross se jiġi diskuss x-xoghol tal-lifeguards, ir-riskji, it-tabelli li naraw, il-kuluri tal-bnadar xi jfissru, kif ukoll anke xi tips fuq first aid.

Bandiera Kaħla mill-bajjiet ta’ Malta u Għawdex kull nhar ta’ Tnejn fuq TVM fl-9.45pm, b’repetizzjoni nhar ta’ Erbgħa fit-8:30am u fuq TVM 2 is-Sibt fis-6.30pm u l-Ħadd fis-6:50pm.