Proġetti għall-portijiet u t-trasport se jiġu ffinanzjati minn fond Ewropew

Il-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku, ta’ €315-il biljun, se jiffinanzja proġetti li se jsiru f’Malta b’rabta mal-portijiet u mat-trasport.
Il-Viċi Prim Ministru, Louis Grech, qal dan waqt konferenza dwar il-Fond hekk kif spjega li sa tmiem is-sena mistenni jinħoloq il-Bank ta’ Malta għall-Iżvilupp li se jservi bħala intermedjarju biex impriżi żgħar u medji jieħdu vantaġġ tal-Fond Ewropew.
Għall-konferenza, organizzata mill-uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej, attendew rappreżentanti ta’ entitajiet pubbliċi, banek privati u intrapriżi privati. 
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott