Proġett turistiku għar-residenti ta’ Ħal Safi, il-Qrendi u Ħal Kirkop

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo inawgura proġett turistiku għar-residenti ta’ Ħal Safi, il-Qrendi u Ħal Kirkop.
Permezz tal- proġett “Discovering Malta and Gozo through its people and culture” inħolqu żewġ itinerarji, madwar it-tlett irħula, li permezz tagħhom it-turisti se jkunu jistgħu jżuru numru ta’ postijiet u jiltaqgħu mar-residenti.
Stefan Buontempo ddeskriva l-proġett bħala wieħed li jivvalorizza l-komunitajiet u jmur lil’hinn mill-mudell konvenzjonali ta’ eskursjonijiet, bil-għan huwa li t-turist jesperjenza dak kollu li hu Malti billi jżur il-postijiet ta’ interess, iduq l-ikel, isir jaf dwar id-drawwiet u, speċjalment, jiltaqa’ man-nies.
Il-proġett sar bi sħab bejn l-Università ta’ Malta, is-Soċjetà Maltija tat-Turiżmu u l-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo