Proġett tal-għargħar: traffiku ddevjat f’Ħal Balzan

Minn għada t-Tnejn se jkunu qed isiru xogħolijiet b’rabta mal-proġett tal-għargħar fi Triq Birbal u f’salib it-toroq fi Vjal il-Bon Pastur, Ħal Balzan.

Għalhekk il-vetturi u t-trasport pubbliku li s-soltu jgħaddu minn Triq l-Imdina lejn il-ġonna ta’ Sant’Anton fid-direzzjoni ta’ Birkirkara se jkunu qed jgħaddu minn Vjal de Paule, Triq il-Ferrovija l-Qadima u Triq il-Kannizzata lejn Triq Birbal.

It-traffiku direzzjoni lejn Ħat Attard ukoll se jiġi ddevjat minn Triq il-Kannizzata, Triq il-Ferrovija l-Qadima għall-Vjal de Paule.

Naħa minnhom ta’ parkeġġ fi Triq il-Ferrovija il-Qadima se tkun qed titneħħa għal dan il-perjodu, filwaqt li se jitneħħew ukoll numru ta’ parkeġġi fi Triq  il-Kannizata. Is-sewwieqa qed ikunu mħeġġa sabiex isuqu b’kawtela u jsegwu s-sinjali tat-traffiku.