Proġett tal-għargħar ippjanat li jitlesta f’Diċembru

Il-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar mistenni jitlesta għall-bidu ta’ Diċembru li ġej.
Dan qalu l-Ministru għall-Infrastruttura Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Deborah Schembri.
Mizzi spjega li l-komponenti ta’ dan il-proġett f’Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi, Ħaż-Żabbar-Marsascala, u Gżira diġa tlestew. 
Ix-xogħol li fadal, spjega l-Ministru, jirrigwardja l-komponent ta’ B’Kara u l-Imsida li kellu jitlesta matul is-sajf li għadda iżda li fuqu kien hemm dewmien minħabba, fost l-oħrajn, problemi li nstabu fis-sistema tad-drenaġġ ġewwa Ħal Lija.
Intant, fi tweġiba separata għall-mistoqsija tal-intess Deputat, Mizzi qal li skont kalkoli tekniċi li saru, dan il-proġett se jkollu l-potenzjal li jiġbor madwar 300,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita.