Proġett ta’ riċerka jwassal għal iktar natura fuq il-bejt

Il-proġett LifeMedGreenRoom fil-Fakultà tal-Ambjent Mibni fl-Università ta’ Malta qed jgħaqqad l-aħjar ingredjenti ambjentali u tal-arkitettura f’nifs wieħed.
Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat qal dan waqt li żar il-proġett ta’ riċerka b’fondi Ewropej, sena wara li beda.
Il-proġett iwassal biex fuq il-bjut ta’ bini jitħawlu pjanti li jesploraw il-potenzjal tal-kunċett ta’ green roofs f’Malta.
B’riżultat tiegħu, iħaddar il-madwar, jgħin biex ibaxxi t-temperaturi, jassorbi l-ilma tax-xita, joffri insulazzjoni u jagħti spinta lill-biodiversità fejn wieħed l-inqas li jistenniha.
Fil-kaxxi fuq il-bejt mhix tintuża ħamrija imma materjal inorganiku biex itaffi mill-piż. Ġew identifikati wkoll pjanti li kellhom jiġu kkultivati, li huma kollha endemiċi ħlief waħda.
It-testijiet li saru fl-aħħar sena qed jirnexxu. 
Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O'Neill