Proġett ta’ miljun ewro għall-protezzjoni tal-ħajja marittima

Il-MEPA niediet proġett b’investiment ta’ miljun ewro bil-għan li jiġu protetti d-denfil ta’ geddumu qasir u l-fekruna ‘il-komuni’.

Dan il-proġett sar b’koperazzjoni ma’ aġenzija għall-konservazzjoni marittima. Din l-aġenzija se tkun qed tikkontribwixxi fil-finanzjament u l-istudji relatati ma’ dan il-proġett.

Dan il-proġett mistenni jiġi maqsum fuq perjodu ta’ tliet snin u qed jiġi ukoll ko-finanzjat mill-Ministeru għall-ambjent u l-Bank of Valletta.