Proġett ta’ fotografija mmirat lejn l-inklużjoni ta’ żgħażagħ żvantaġġati

Numru ta' żgħażagħ ingħataw iċ-ċertifikat għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġett YEP! – Young People Explore Photography.
Dan il-proġett ġie organizzat minn KOPIN bil-kollaborazzjoni tal-fotografu Darrin Zammit Lupi.
Il-proġett li kien wieħed mill-proġetti li ġie magħżul għall-Premju tal-President għall-Kreattività 2015, jiffoka fuq l-iżvilupp personali, emozzjonali, u tal-ħiliet u fuq l-inklużjoni ta’ żgħażagħ żvantaġġati permezz tal-esplorazzjoni tal-fotografija.
F’dan il-proċess, il-proġett ilaqqa’ seba’ żgħażagħ Maltin żvantaġġati soċjalment u seba’ minuri li qed ifittxu l-ażil.
Il-President Marie-Louise Coleiro ippreżentat iċ-ċertifikati lill-parteċipanti.