Proġett-pilota li jgħin lil tfal bl-awtiżmu

Ritratt: David Mallia

L-MEP Laburista Miriam Dalli qalet li l-proġett pilota bejn il-Gvern u kumpanija li toffri terapija lil tfal bl-awtiżmu, se jkompli jżid l-opportunitajiet għal dawn it-tfal.

Waqt żjara li għamlet fil-kumpanija Hand in Hand Ltd, Miriam Dalli saħqet dwar l-importanza li tfal bl-awtiżmu jingħataw sistema edukattiva li tkun addattata għalihom u għal tfal b’abbiltajiet differenti. Spjegat li dan huwa importanti wkoll biex l-istess tfal ikollhom ħajja indipendenti.

Il-programm ta’ terapija jgħallem lil tfal bl-awtiżmu jitkellmu, irawwem fihom ħiliet soċjali li jgħinuhom jgħixu b’mod indipendenti, waqt li jindirizza tipi differenti ta’ mġieba.

Isegwu dan il-programm bħalissa hemm mal-120 tifel u tifla bl-awtiżmu u 12 minnhom ħadu sehem fil-proġett pilota mal-Gvern.