Proġett pilota għal aktar tħaddir fil-lokalitajiet

Sar l-iffirmar ta’ Memoranda of Understanding bejn il-Ministeru tal-Ambjent u s-Sindki ta’ erba’ lokalitajiet bil-għan li jsir aktar tħaddir tal-komunitajiet.
Il-lokalitajiet magħżula huma mit-Tramuntana, iċ-ċentru, in-Nofsinhar ta’ Malta u Għawdex.
Il-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat qal li dan il-proġett pilota jġib fis-seħħ miżura oħra tal-Baġit 2014. Żied jgħid li jittama li dan jitkattar fuq firxa aktar wiesgħa madwar Malta u Għawdex fis-snin li ġejjin.
F’dan il-proġett se jkunu qed jintużaw biss siġar u pjanti indiġeni. 
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott