Proġett pilota biex l-istudenti jitgħallmu s-suġġetti tax-xjenzi

Il-MITA ħabbret proġett pilota bl-isem ta’ STEM, li mistenni jkabbar l-interess tal-istudenti fix-xjenza, t-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika.
Aktar minn 200 student u studenta, li l-età tagħhom tvarja bejn 10 u 12-il sena minn ħames summer schools qed jipparteċipaw f’dan il-proġett pilota.
Dawn huma St. Joan Antide, Inspire, Kids on Campus u Klabb 3-16 f’Birkirkara u Pembroke.
L-għan huwa li jiġu mħajjra jkomplu l-istudju f’dawn is-suġġetti fil-livell Terzjarju.
Stħarriġ Ewropew juri li x-xogħlijiet se jikbru bi 3% sal-2020 filwaqt li dawk mgħallma fi STEM se jikkbru sa’ 14%.
Il-proġett STEM se jkun qed joffri bosta benefiċċji għall-istudenti fosthom biex jegħlbu l-isfidi fl-iskola u jkabbru l-kunfidenza.