Proġett Kappara: Nhar it-Tnejn jibda jitwaqqa’ l-bini

Nhar it-Tnejn li ġej se jibda jitwaqqa’ l-bini għall-proġett tal-Kappara biex it-triq li twassal għall-junction tal-Kappara titwessa.
Bejn id-9.30 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ waranofsinhar, il-kuntrattur tal-proġett se jwaqqa’ bini fi Triq il-Madonna tal-Ġebla, l-Gżira.
It-twaqqiegħ se jsir fis-sit tal-bini stess iżda t-triq biswit se tingħalaq biex jitnaqqas il-periklu.
Vetturi ġejjin minn Triq tas-Sliema se jgħaddu minn Triq D’Argens, waqt li dawk li ġejjin minn Triq San Albert se jgħaddu minn Triq tas-Sliema.
Vetturi ġejjin  minn Triq tas-Sliema se jgħaddu minn Triq D’Argens, waqt li dawk ġejjin minn Triq San Albert se jgħaddu minn Triq tas-Sliema.
Parkeġġ fi Triq il-Madonna tal-Ġebla, bejn Triq tas-Sliema u Triq San Albert, mhux se jkun permess.  L-aċċess għar-residenti u s-servizzi se jibqa’.
Is-sewwieqa huma mitluba jirrispettaw is-sinjali tat-traffiku remporanji u jsegwu d-direzzjonijiet mill-uffiċjali fuq il-post.
Transport Malta skużat ruħha għal kull inkonvenjent.