Proġett għat-tfajliet biex jemmnu aktar fihom infushom

Il-Malta Girl Guides ingħaqdu ma’ 3.5 miljun tifel u tifla minn madwar id-dinja fil-proġett Libera nkun dak li Jien.
Il-proġett jindirizza n-nuqqas ta’ kunfidenza tat-tfajliet fihom infushom sabiex jgħinhom jegħlbu l-ħsibijiet tagħom ta’ kif jidhru u li jista’ jżommhom lura milli jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.
Fix-xhur li ġejjin se jiġu organizzati bosta attivitajiet sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-istima ta’ dak li jkun u l-kunfidenza ta’ kif wieħed jidher.
15-il tfajla ġew imħarrġa biex ikunu ambaxxaturi tal-proġett.
Fl-20 ta’ Frar 2016 l-MGG se torganizza attività pubblika Connect fil-Belt Valletta u Festival f’Tas-Sliema f’Settembru.