​Proġett db: Il-PD jistaqsi dwar il-pożizzjoni ta’ Delia

Il-Partit Demokratiku fi stqarrija staqsa dwar il-pożizzjoni li ttieħdet mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, li skont il-PD qal li jagħti l-barka tiegħu lill-proġett tal-ITS jekk id-db Group jimxu skont il-poltika stabbilita. 
Fl-istqarrija, il-PD fakkar kif id-deputati tiegħu fil-Parlament kienu talbu biex isir Masterplan għaż-żona ta’ San Ġiljan, liema mozzjoni għadha ma ġietx diskussa fil-Parlament.
Il-Partit Demokratiku saħaq li l-politika preżenti f’Malta ġiet miktuba għall-benefiċċju tal-iżviluppaturi u mhux tar-residenti. Spjegaw li tant hemm anomaliji li l-ippjanar ġie mżeblaħ. 
Il-PD kompla jgħid li l-pożizzjoni ta’ Delia trid tiġi skrutinizzata minħabba li bil-pożizzjoni li ħa qed jagħti l-barka tiegħu lill-politika preżenti.
Saħqu li diskors bħal dan inawwar il-kredibbiltà tal-membri tal-partit tiegħu stess li ħarġu għonqhom kontra l-proġett tal-ITS.