Proġett biex l-ekonomija Maltija tinbidel f’intrapriża soċjali sal-2030

Kumpanija ta’ konsulenza lokali ħabbret proġett biex jifforma l-ekonomija Maltija f’intrapriża soċjali sal-2030. Fi stqarrija CI Group spjega kif il-kwalità tal-ħajja soċjali ma tistax  tkun iddeterminata biss mit-tkabbir ekonomiku imma tiddependi wkoll minn standards etiċi, sistemi ta’ sigurtà u kisbiet personali. Qalet li b’riflessjoni ta’ dan, il-kontribuzzjoni tan-negozju fis-soċjetà jmur ferm lil hinn mill-produzzjoni ta’ ġid.

Spjegat li l-kumpaniji, organizzazzjonijiet kummerċjali u ażjendi huma f’pożizzjoni li jistgħu jixprunaw l-innovazzjoni biex isolvu problemi ta’ natura komuni. Huma għandhom l-għarfien u r-riżorsi meħtieġa, finanzjajri, kapitali jew umani, biex jiżviluppaw soluzzjonijiet prattiċi li joħolqu valur miżjud.

Sostniet li l-prodotti u s-servizzi tagħhom jipprovdu valur dirett lill-konsumaturi iżda l-ħolqien ta’ valur ma jieqafx mat-transazzjoni finali. L-impjegati wkoll jibbenefikaw minn dan il-valur, flimkien mal-azzjonisti tal-kumpanija u l-ekonomija tal-pajjiż b’mod ġenerali. L-ekonomija tagħna, minkejja li tidher sempliċi u ffukata fuqha nfisha hija waħda li evolviet f’sistema kumplessa u bbażata fuq il-komunità.

CI Group rrimarkat kif madankollu din ir-rabta profonda bejn in-negozju u n-nies rari tintuża strateġikament mill-imsieħba soċjali. Għall-kuntrarji, spiss il-kumpaniji huma meqjusa bħala qegħdin hemm biss għall-ġenerazzjoni ta’ profitti u l-kontribut tagħhom lejn il-benesseri soċjali huwa injorat jew, ikkunsidrat b’ċertu xettiċiżmu. Qalet li l-emerġenza tal-Covid-19 għandha tagħti saħħa lin-negozju biex dan jitqarreb iktar lejn is-soċjetà u jħares lejn il-komunitajiet inqas bħala suq u aktar bħala ċentri ta’ azzjoni tal-bniedem.

Corporate ID Group spjega li qed imexxi din il-viżjoni ta’ innovazzjoni soċjali li tiġbor fiha negozju, soċjetà ċivili u amministraturi pubbliċi biex flimkien jiżviluppaw il-politika, jimplimentaw programmi u jiżviluppaw prodotti u servizzi li jindirizzaw ħtiġijiet soċjali filwaqt li jsostnu t-tkabbir tal-pajjiż. Il-Grupp qal li bl-appoġġ ta’ netwerk b’saħħtu ta’ esperti f’oqsma differenti li jkopru l-qasam akkademiku, kummerċjali, is-settur pubbliku u dak soċjali, CIGroup qed iniedi CiNext – inizjattiva fuq medda twila ta’ żmien biex l-ekonomija Maltija ssir mudell ta’ intrapriża soċjali sal-2030.

Spjegat kif hemm bżonn ta’ bidliet fuq livell strutturali u l-imsieħba soċjali kollha biex kull kumpanija twettaq ir-rwol tagħha fis-soċjetà. Qalet li malli kumpanija tħares lejn id-dimensjoni soċjali ta’ dak li qed toffri, se tkun qed timxi fil-pass li jmiss tal-kapitaliżmu: li jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ aktar stakeholders, li jissaħħaħ il-benesseri tas-soċjetà, li tixpruna l-għarfien u li tiżgura li d-dħul li jkollha jkopri l-ispejjeż u jiġi evitat il-bżonn li jitnaqqsu l-ħaddiema.

CiNext, se tkun il-bażi tal-viżjoni għal Malta2030, li għandu jservi ta’ proċess biex iġib flimkien imsieħba professjonali li jistgħu jikkontribwixxu għal sforz li jwassal valur soċjali permezz ta’ parteċipazzjoni tas-settur privat, entitajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet ċiviċi u oħrajn li huma impenjati biex itejbu l-benesseri tas-soċjetà. L-għan finali ta’ CiNext huwa li tingħata għajnuna lill-organizzazzjoniet biex jinvolvu ruħhom f’qafas li permez tal-isforzi konġunti jwasslu għal sforzi aħjar, fejn l-“iskop” ikun parti integrali ta’ strateġija favur kwalità ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini kollha.

Malta2030, hija inizattiva tal-pjattaforma tal-Insights Institute ta’ Ci Group. Id-diviżjoni ġdida ta’ CiGroup li taħdem fuq polices setkun immexxija minn Isabelle Micallef Bonello, David Spiteri Gingell u Nathanael Muscat f’isem Ci Consulta. Din se jkollha l-appoġġ ukoll tal-Insights Institutes. Jesmond Saliba qal li “il-filosofija tagħna f’Ci Group hi ispirata mir-rieda li nagħtu servizz permzz ta’ konnessjonijiet marbuta ma’ xulxin.”

L-Insights Institute jservi ta’ forum li jgħaqqad flimkien numru wiesa’ ta’ imsieħba u esperti. Barra li huwa forum, huwa spazju ta’ ħsieb għal mexxejja eżistenti u aspiranti fid-dinja tal-kumpaniji: forum li jgħaqqad flimkien esperti minn oqsma differenti b’esperjenza diretta u għarfien li jistgħu jaqsmu mal-bqija tas-suq.

Immexxi minn Jesmond Saliba, Chairman Eżekuttiv ta’ Ci Group, Team CiNext se jkun qed jaħdem fuq Viżjoni Malta2030. It-Tim jinkludi Prof. Andrew Azzopardi, is-Sur Andrew Azzopardi, is-Sur Franco Azzopardi, Dr Claire Bonello, Dr David Bonello, Mr Pierluca Demajo, Dr Joanna Drake, Ms Claire Duff, Prof. Charmaine Gauci, Ms Claire Hollier, Ing. Philip Micallef, is-Sur Silvan Mifsud, is-Sur Stanley Mifsud, Dr Stephanie Vella u s-Sur Lawrence Zammit.

Isabelle Micallef Bonello, Policy Director ma’ Ci Group qalet “L-iskop bħala parti integrali minn strateġija jeħtieġ tmexxija dedikata u investiment finanzjarju. L-impenn mhux biss antidotu għar-rebgħa soċjali u ekonomika iżda jiggarantixxi prestazzjoni ekonomika reżiljenti mibnija fuq mudelli kummerċjali li jħallu profitti b’mod sostnut”.

David Spiteri Gingell,Policy Strategist ma’ CiConsulta, fakkar kif it-trasformazzjoni ekonomika u soċjali teħtieġ ippjanar fuq medda twila ta’ żmien. Qal li kulħadd jagħraf li llum Malta hija ekonomija u soċjetà ta’ suċċess ibbażata fuq l-għarfien. Sostna li l-inizjattiva privata ta’ CIGroup hi pass importanti li tirrifletti viżjoni ta inklużjoni u impenn wiesa’ lejn żvilupp olistiku biex is-soċjetà tikkontribwixxi lejn il-benesseri tas-soċjetà.

“Il-prioritajiet ekonomiċi qed jikkonverġu malajr lejn il-prioritajiet tal-komunitajiet u dan jippermetti sinerġiji strateġiċi ġodda bejn in-negozju u parteċipanti soċjali oħra biex imexxu l-iżvilupp fl-għaxar snin li jmiss, sostna Nathanael Muscat,Policy Coordinator ma’ Ci Consulta.

Saliba qal li “Filwaqt li nagħraf li dan hu proġett ambiżjuz, l-esperjenza li ksibt flimkien numru ta’ esperti kif ukoll bl-appoġġ ta’ numru ta’ kumpaniji u parteċipanti soċjali oħra, nistgħu ngħinu lill-kumpaniji biex jistabbilixxu l-iskop tagħhom bħala parti mill-istrateġija ewlenija tagħha, filwaqt li nixprunaw bidla li twassal riżultati pożittivi tanġibbli.”