Proġett biex il-Barbaġann jerġa’ jibda jbejjet f’Malta

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) nedew proġett biex jintroduċu mill-ġdid il-Barbaġann.
Il-guvi li qegħdin jinbnewħdejn ir-“Razzett tal-Bagħal” fil-Buskett jiffurmaw parti minn dan il-proġett. Dawn ġew mibnija bl-għan li terġa’tiġi stabbilita l-popolazzjoni sostenibbli ta’ barbaġann, u jagħtu lok lill-istess għasfur jerġa’ jibda jbejjet f’Malta u Għawdex.
Dan il-proġett sar permezz tal-iskema ta’ Fondi għall-Konservazzjoni ta’ Għasafar Slavaġ.