Proġett ambizzjuż f’Ħal Luqa b’13,000 bozza tal-Milied

Din is-sena, għall-10 sena konsekuttiva se jerġa’ jsir il-proġett tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjeta` Filarmonika l-Unjoni ta' Ħal-Luqa bl-isem The Facade in Yuletide.
Permezz ta’ dan il-proġett  il-faċċata tal-Każin ta’ din is-soċjeta jinxtegħel apposta għal żmien il-Milied.
Fl-2007 żewġ żgħażagħ ħarġu b’din l-idea u dlonk bdiet il-ħidma għal dan l-ispettaklu  li din is-sena ed jiġi ċċelebrat l-10 anniversarju tiegħu.
Din is-sena ġie ffurmat tim li jinvolvi fih diversi esperti minn mużiċisti, electricians, IT developers u oħrajn bl-għan li jgħaqdu dak kollu li jista joħloq spettaklu ta’ dawl sinkronizatt mal-mużika.
Fi stqarrija s-Sezzjoni Ajklieri qalet li għal dan l-anniversarju il-preparamenti bdew f’Settembru fejn bdew isiru diversi laqgħat u riċerka  biex minn sempliċiment idea ta’ proġett din is-sena din l-istess sezzjoni tagħti lill-pubbliku spettaklu ta’ dawl sinkronizatt mal-mużika b’effetti ġodda
Biex issir din il-wirja se jintużaw 13,000 bozza tal-Milied, 150 metru ta’ dawl LED u iktar minn 5km ta’ wajers.
Il-pubbliku u mistieden jattendi għad din il-wirja li se tiftaħ illum fis-7.30ppm fi Triq Sant` Andrija f’Ħal Luqa.
Wara  l-ftuħ uffiċjali ta’dan l-ispettaklu se ssir attività għall-familja kollha fil-każin tal-Banda Unjoni mistiedna speċjali l-Blues Band Maltija ‘Vinyl Paradise’.
Il-Wirjiet ta’ dawl sinkronizzati mal-mużika jitkomplu l-għada l-Ħadd 10 ta’ Diċembru sal-ġurnata fejn tiġi ċċelebrata l-jum tal-Epifanija.
Ritratt: Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri