Professjonisti mediċi Maltin jattendu taħriġ intensiv fuq l-obeżità

Fil-jiem li għaddew grupp ta’ professjonisti mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istudji tal-Obeżità li ta’ taħriġ intensiv lil numru ta’ professjonisti mediċi Maltin dwar l-obeżità.
B’kollox ħadu sehem 'il fuq minn 100 parteċipant fosthom tobba, infermiera, dietitians, fiżjoterapisi u edukaturi.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan it-taħriġ hu essenzjali hekk kif il-professjoni medika għandha tibda tqis l-obeżità bħala kundizzjoni.
“L-obeżità hi kundizzjoni li qed tolqot firxa kbira ta’ nies madwar id-dinja kollha, u Malta mhix eċċezzjoni, saħaq il-Ministru waqt li fakkar li din ingħatat importanza partikolari fil-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. 
Waqt iż-żjara f’Malta, l-Assoċjazzjoni ltaqgħet mal-Ministru Fearne u ġiet diskussa l-possibilità ta’ aktar kollaborazzjoni bejn l-Assoċjazzjoni u l-Ministeru għas-Saħħa.