Prof. Montefort l-aktar referut fuq Google Scholar

Il-Professur Stephen Montefort li huwa d-Deputat Dekan tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kururġija fl-Università ta’ Malta, sal-4 ta’ Frar ta’ din is-sena huwa l-aktar persuna li saru referenzi għalih skont is-sit akkademiku Google Scholar bi kważi 11,600 referenza.

Prof. Montefort kien ukoll parti minn kitba akkademika li għandha l-aktar referenzi li ġiet ippubblikata mill-Università ta’ Malta fl-2006. Din il-kitba rreferew għaliha xejn inqas minn 3,954 darba.

S’issa fuq Google Scholar hemm 619-il akkademiku li għandhom profil pubbliku ma’ Google Scholar.