Qed ikollna medja ta’ 60 każ ġdid kuljum – Prof. Gauci

Read in English.

Il-Professur Charmaine Gauci, li hija s-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, aġġornat lill-pubbliku bl-aħħar żviluppi relatati mal-coronavirus fil-pajjiż.

Punti ewlenin:

  • Medja ta’ 60 każ ta’ coronavirus ġdid ta’ kuljum.
  • Ir-rata ta’ mortalità fil-pajjiż hija ta’ 3.2 għal kull 100,000 persuna.
  • 15-il każ attiv tal-coronavirus f’Għawdex.
  • Fl-ITU hemm 9 pazjenti.
  • Fl-aħħar ġimgħa kien hawn tliet mewtiet.
  • 14.7% tal-popolazzjoni Maltija niżżlu l-contact tracing app.
13:17 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
13:16 Il-konferenza tal-aħbarijiet tintemm hawn.
Nicole Borg
13:13 Dwar il-korrelazzjoni bejn l-influwenza u l-coronavirus, Prof. Gauci qalet li persuna li jkunu vulnerabbli jistgħu jkollhom kumplikazzjonijiet. Qalet li jekk ikollok kemm l-influwenza u kemm il-coronavirus jista' jkollok aktar kumplikazzjonijiet. Sostniet li għalhekk huwa importanti li kulħadd jieħu l-vaċċin tal-influwenza.
Nicole Borg
13:13 "Għalina kull persuna hija importanti, irrispettivament mir-rati. Kull ħajja għalina hija importanti." – Prof. Gauci.
Nicole Borg
13:12 Qalet li r-rata ta' mortalità hija ta' 3.2 għal kull 100,000 persuna.
Nicole Borg
13:09 Qalet li s'issa fadal seba' każi attivi ta' immigranti.
Nicole Borg
13:08 Qalet li l-pazjenti li hemm l-ITU qed jirċievu l-assisted ventilations u trattament mediku ieħor.
Nicole Borg
13:06 Prof. Gauci qalet li hemm żieda fit-telefonati u żieda fin-numru ta' persuni li jridu jagħmlu testijiet.
Nicole Borg
13:04 Dwar l-iskejjel, Prof. Gauci qalet li kien hemm numru ta' persuni li kienu staff tal-iskejjel u ma kienx hemm trażmissjoni fl-iskola. Kien hemm cluster fi skola bejn grupp ta' staff waqt laqgħa. Kien hemm tifla waħda fi skola li kienet pożittiva.
Nicole Borg
13:02 Prof. Gauci qalet li hemm diversi miżuri li n-nies mhux qed isegwuhom. Insistiet li huwa importanti li dawn il-miżuri jkunu segwiti.
Nicole Borg
13:00 Dwar l-infurzar, Prof. Gauci qalet li l-pubbliku huwa responsabbli. Insistiet li huwa sens komun u sens ta' responsabbiltà li kull persuna tilbes il-masra u tilbisha sew. Insistiet li hija responsabbiltà tal-pubbliku u mhux tal-pulizija u l-LESA.
Nicole Borg
12:58 Prof. Gauci spjegat li malli raw li bdew jiżdiedu l-każi saħħew it-tim b'tobba li ġew mill-Isptar Mater Dei. Qalet li kulħadd għandu jikkopera biex il-ħin li jieħdu biex jinvestigaw dawn il-każijiet ikun inqas.
Nicole Borg
12:56 Prof. Gauci qalet li fuq il-każijiet li qed jissemmew fl-iskejjel kien hemm sitwazzjoni fejn il-ftuħ ta' skejjel ġie pospost. Qalet li ma kienx hemm trażmissjoni fl-iskola minn persuna għall-oħra. Qalet ladarba identifikaw lil dawn mill-ewwel u ttieħdu miżuri simili eżatt kif isir fuq il-post tax-xogħol. Jiġifieri l-close contacts tpoġġew fi kwarantina.
Nicole Borg
12:56 Jistaqsu l-ġurnalisti
Nicole Borg
12:53 Prof. Gauci tagħti l-messaġġ tagħha bl-Ingliż.
Nicole Borg
12:52 Persuni 'l fuq minn 55, tfal bejn 6 xhur u 5 snin u persuni li għandhom mrd kroniku qed ikunu mħeġġa biex imorru jieħdu din it-tilqima.
Nicole Borg
12:51 Hi tkellmet ukoll dwar l-unfluwenza. Qalet li għal kuntrarju tal-coronavirus, din il-marda hemm vaċċin għaliha.
Nicole Borg
12:50 Għal min qed jagħmel użu tal-app, hi talbet li l-bluetooth jinżamm mixgħul. Intant, dawk li huma pożittivi għandhom idaħħlu l-code fl-app malli jirċevuhom. Iggarantiet li ħadd ma jista' jidentifika min daħħal il-code.
Nicole Borg
12:50 Spjegat li 14.7% tal-popolazzjoni Maltija niżżlu l-contact tracing app.
Nicole Borg
12:48 Il-każi impurtati fil-maġġoranza tagħhom kienu persuni ġejjin minn Franza.
Nicole Borg
12:47 Appellat li min se joħroġ barra, tajjeb li jilbes il-maskra mill-ewwel.
Nicole Borg
12:45 Spjegat li l-użu tal-maskri qed jindara – imma insistiet li l-maskri jridu jkunu addattati.
Nicole Borg
12:44 Insistiet li l-virus jaffettwa lil kulħadd imma l-mortalità se jkun f'persuni anzjani u persuni b'mard kroniku.
Nicole Borg
12:44 Qalet li fi żmien ġimgħa kien hemm tliet imwiet.
Nicole Borg
12:44 Qalet li l-età medja tal-każijiet ta' din il-ġimgħa kien ta' 39 sena.
Nicole Borg
12:42 Appellat biex kulħadd jieħu ħsieb lill-anzjani fil-komunità għax dawn ukoll qiegħdin f'riskju.
Nicole Borg
12:42 L-aktar persuni li qed ikunu affettwati huma bejn 25 u 44 sena.
Nicole Borg
12:42 Spjegat li f'Gaħwdex hemm 15-il każ attiv.
Nicole Borg
12:41 Qalet li kien hemm numru akbar ta' każijiet u li b'hekk qed jistennew li jkompu jiżdiedu.
Nicole Borg
12:40 Cluster ieħor li tkellmet dwaru huwa ta' persuni li mardu fuq il-post tax-xogħol. Appellat għall-mezzi ta' mitigazzjoni fuq il-post tax-xogħol biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm firxa. Qalet li jekk ix-xogħol jista' jsir mid-dar, min iħaddem għandu jinkoraġġixxi li dan isir.
Nicole Borg
12:39 Fejn jidħlu l-clusters, Prof. Gauci qalet li l-maġġorparti tal-clusters huma relatati mal-familja. Qalet li fl-aħħar ġimgħa l-akbar żieda ta' każi kien ġej minn kuntatti fil-familja.
Nicole Borg
12:37 Fejn jidħlu d-djar tal-anzjani, Prof. Gauci qalet li n-numru ta' każijiet neżlin l-isfel. Iżda insistiet li rridu nibqgħu attenti għax iż-żieda fil-firxa fid-djar tal-anzjani wassal għall-imwiet ta' diversi persuni.
Nicole Borg
12:37 Appellat biex il-pubbliku jikkopera mal-proċess tal-contact tracing u l-kwarantina.
Nicole Borg
12:36 Prof. Gauci qalet li l-każi żdiedu għal medja ta' 60 każ kuljum tal-coronavirus.
Nicole Borg
12:35 Il-każi fl-isptarijiet:

– Fl-ITU hemm 9,
– Fl-IDU hemm 7,
– Fil-wards l-oħra fl-Isptar Mater Dei hemm 9,
– Fl-Isptar Boffa hemm 12,
– Fl-Isptar San Tumas hemm 18-każ,
– Fl-Isptar Karin Grech hemm każ wieħed.
Nicole Borg
12:34 Prof. Gauci qalet li rriżultaw 75 każ ġdid u kien hemm 31 persuna li fiequ.
Nicole Borg
12:33 Merħba għal dan il-blogg. Newsbook.com.mt jinsab jirrapporta live.
Nicole Borg