Prof. Charmaine Gauci tiddedika Ġieħ ir-Repubblika lill-ħaddiema tas-saħħa

Prof. Charmaine Gauci Ġieħ ir-Repubblika
DOI

Read in English.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li qed tiddedika l-premju li ngħatalha ta’ Ġieħ ir-Repubblika lill-ħaddiema kollha tas-saħħa pubblika.

F’reazzjoni fuq Facebook, Prof. Gauci qalet li tħossha onorata li kienet waħda minn dawk li ngħataw dan il-premju.

Iddedikat il-premju lit-tim tas-saħħa pubblika li qed jiġġieled il-Covid-19, lill-ħaddiema kollha tas-saħħa, il-frontliners, il-familji tagħhom u l-pazjenti. Stqarret li kibru flimkien biex jissaħħu aktar fil-ġlieda kontra l-pandemija.

Humbled by this honour. I dedicate this award to the public health COVID-19 team, all healthcare workers, front liners,…

Posted by Charmaine Gauci on Monday, December 14, 2020

Hija ngħatat dan l-unur nhar il-Ħadd li għadda waqt Jum ir-Repubblika. Flimkien magħha, ġew ippremjati fost l-oħrajn Dr Christopher Barbara, ukoll għall-kontribut tiegħu fil-ġlieda kontra l-coronavirus, u Dr Charles Mallia Azzopardi u Prof. Stephen Montfort tal-ħidma tagħhom fil-qasam tas-saħħa.

Id-dettalji fuq min ingħata Ġieħ ir-Repubblika
Il-Kardinal Mario Grech jingħata Ġieħ ir-Repubblika

Il-President tal-Unjin Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) ikkritika l-fatt li kien hemm erba’ tobba li ħadu Ġieħ ir-Repubblika, filwaqt li professjonisti tas-saħħa oħrajn bħall-infermiera u l-qwiebel ma ġewx ikkunsidrati.