Imutu 5 persuni oħra; Prof. Gauci b’aktar dettalji dwar il-vaċċin

COVID-19 - Media Briefing - 23-12-2020

COVID-19 - Media Briefing - 23-12-2020

Posted by saħħa on Wednesday, December 23, 2020

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci llum tat iktar dettalji dwar il-vaċċin kontra l-Covid-19, li se jasal Malta nhar is-Sibt li ġej filwaqt li se jibda jingħata mill-Ħadd. Hija ħabbret ukoll ħames imwiet ġodda li issa wasslu biex inqabżet iċ-ċifra ta’ 200 mewt.

Prof. Gauci kienet qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet li s-soltu ssir il-Ġimgħa, imma saret illum peress li nhar il-Ġimgħa huwa l-Milied.

Xi spikka mill-konferenza ta’ Prof. Gauci?

  • Tħabbret il-mewt ta’ 5 persuni oħra. Kellhom bejn 66 u 85 sena
  • 155 persuna jinsabu rikoverati f’xi sptar – 10 minnhom fl-ITU
  • Żdiedu l-każi f’Għawdex: Bħalissa 65 każ attiv.
  • Bħalissa l-ebda każ ta’ Covid-19 fiċ-ċentri tal-immigranti
  • L-età medja ta’ dawk pożittivi hija ta’ 39 sena
  • L-akbar ammont ta’ każijiet pożittivi ġejjin mid-djar
  • Appell: Evitaw avvenimenti ma’ nies li ma jgħixux taħt l-istess saqaf
  • Il-vaċċin tal-Covid-19 jasal is-Sibt u se jibda jingħata nhar il-Ħadd li ġej. B’kollox il-Ħadd se jitlaqqmu 55 persuna
  • L-anzjani se jibdew jitlaqqmu kontra l-Covid-19 f’Jannar
  • It-tilqima li se tibda tingħata mhux tajba għal tfal taħt is-16-il sena u nisa tqal. Għadhom ma sarux biżżejjed studji 
  • Jekk xi darba ħadt vaċċin u kellek allerġija qawwija jew problemi bin-nifs tkellem mat-tabib qabel tieħu l-vaċċin kontra l-Covid-19
13:13 Il-Supretendent għas-Saħħa Pubblika tagħti x-xewqat tagħha u tawgura l-Milied it-Tajjeb lill-familji kollha.
Naomi Mallia
13:11 Ġie emendata l-liġi u l-Ingilterra tpoġġiet fiż-Żona l-Ħamra. Jistgħu jiġu lura biss residenti Maltin li nqabdu l-Ingilterra. Iridu jittieħdu numru ta' miżuri fosthom li jsir test u perjodu ta' kwarantina.
Naomi Mallia
13:10 Importanti li min jieħu l-vaċċin, jattendi għall-appuntament biex jieħu t-tieni doża.
Naomi Mallia
13:09 Huwa stmat li l-varjant il-ġdid kapaċi jittieħed 70% aktar malajr.
Naomi Mallia
13:08 Dawn il-persuni huma l-iżjed esposti għall-virus.
Naomi Mallia
13:07 It-tilqim se jibda jasal f'lots b'mod regolari. Se jibdew jitlaqqmu ftit ftit. Nhar il-Ħadd se jitlaqqmu 55 persuna.
Naomi Mallia
13:05 Tappella lill-pubbliku biex jevitaw l-ikliet minħabba li ma tkunx tista' tinżamm id-distanza soċjali u ma jintlibsux maskli.
Naomi Mallia
13:04 Charmaine Gauci tappella biex kull min iħoss is-sintomi imur jagħmel it-test.
Naomi Mallia
13:02 L-imwiet bħalissa huma riflessjoni tal-każijiet ta' ġimgħat ilu.
Naomi Mallia
13:00 Il-varjant li nstab fl-Ingilterra jista' jkun trażmess iżjed malajr. Qiegħed isir genetic testing fil-laboratorji f'Malta u s'issa għadu ma nstabx dan il-varjant f'Malta.
Naomi Mallia
12:59 Bħalissa m'hemm l-ebda każ attiv fiċ-ċentri tal-immigranti.
Naomi Mallia
12:55 Minn nhar il-Ħadd se tibda titqassam din it-tilqima.
Naomi Mallia
12:54 Din it-tilqima mhijiex indikata għal tfal taħt is-16 -il sena u nisa li huma tqal.
Naomi Mallia
12:52 Importanti li titkellem mat-tabib jekk kellek xi allerġija qawwija jew problemi bin-nifs wara li ħadt xi vaċċin.
Naomi Mallia
12:52 Minn Jannar se jibdew jitlaqqmu wkoll l-anzjani.
Naomi Mallia
12:51 L-ewwel se jitlaqqmu dawk li jaħdmu fi kliniċi u djar tal-anzjani.
Naomi Mallia
12:51 L-iskop tal-vaċċin huwa biex jiġu protetti dawk l-iżjed vulnerabbli.
Naomi Mallia
12:50 Il-Professur tħabbar li hemm 88,118 persuna li qegħdin jużaw l-applikazzjoni COVID-19 Alert.
Naomi Mallia
12:49 L-Ingilterra tinsab fiż-Żona l-Ħamra.
Naomi Mallia
12:47 Qegħdin isiru testijiet fl-ajruport.
Naomi Mallia
12:45 Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika tinsisti fuq l-importanza li tinżamm id-distanza soċjali u biex jiġu evitati avvenimenti ma' nies li ma jgħixux taħt l-istess saqaf.
Naomi Mallia
12:45 B'kollox kien hemm 201 fatalità.
Naomi Mallia
12:43 L-età medja tal-vittmi hija ta' 39 sena.
Naomi Mallia
12:43 F'Għawdex hemm 65 każ attiv.
Naomi Mallia
12:42 Appell biex kemm jista' jkun isir iżolament ta' nies pożittivi anke fid-djar privati.
Naomi Mallia
12:40 Għad hemm xi każijiet fid-djar tal-anzjani li qed jiġu kkontrollati permezz ta' iżolament.
Naomi Mallia
12:39 Hemm 155 persuna rikoverati f'xi sptar, 10 persuni fl-ITU u 7 persuni fl-IDU.
Naomi Mallia
12:38 Mietu 5 persuni bil-COVID-19.
Naomi Mallia
12:37 Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħabbret li saru 2609 test u minnhom instabu 82 każ pożittiv.
Naomi Mallia

Ftit qabel il-konferenza ħarġet l-infografika bin-numru ta’ każijiet. Fost l-oħrajn tħabbru ħames imwiet oħra, li dwarhom tat id-dettalji Prof. Gauci:

  • Anzjana ta’ 66 sena li mietet fil-21 ta’ Diċembru fir-residenza tagħha u llum irriżulta li kellha l-Covid-19.
  • Anzjana ta’ 82 sena, li rriżultat pożittiva għall-Covid-19 fil-11 ta’ Diċembru u mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
  • Anzjan ta’ 66 sena, li rriżulta pożittiv fl-4 ta’ Diċembru u miet ilbieraħ f’San Vinċenz de Paul.
  • Anzjan ta’ 85 sena, li rriżulta pożittiv fis-17 ta’ Diċembru u miet ilbieraħ fil-faċilità Good Samaritan.
  • Anzjan ta’ 69 sena, li rriżulta pożittiv fit-13 ta’ Diċembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.