“Prof. Aaron Casha għallem ġenerazzjoni ta’ tobba Maltin” – ħu s-sitt vittma tal-Covid-19

Read in English.

Bosta persuni sebħu jibku t-telfa tal-kirurgu Prof. Aaron Casha, ir-raġel ta’ 53 sena li tilef ħajtu bil-coronavirus il-lejl li għadda.

It-tabib, li huwa wkoll lekċerer fl-Università ta’ Malta, kellu għadd ta’ kundizzjonijiet kroniċi oħra apparti l-virus. Huwa kien konsulent fl-Isptar Mater Dei.

It-test tiegħu rriżulta fil-pożittiv erbat ijiem ilu, u dalgħodu tħabbar li tilef ħajtu.

Prof. Casha kellu żewġt itfal. Huwa kien se jagħlaq 54 sena l-ġimgħa d-dieħla, fl-20 ta’ Mejju.

Bintu kitbet li l-kuraġġ tiegħu dejjem affaxina lil dawk ta’ madwaru, partikolarment tul din l-aħħar sena. L-unika konsolazzjoni, qalet, hija li issa missierha jinsab f’post aħjar, fejn m’għadux qed jiġġieled għal ħajtu.

Dear Dad, I can’t believe I am writing this. I love you so so dearly. No words can express how much I miss you. Your…

Posted by Hannah Casha on Tuesday, May 12, 2020

Ħu l-vittma, James Casha, kiteb li n-nuqqas ta’ ħuh se jinħass ferm, bħala akkademiku u għalliem eċċellenti u ta’ qalb tajba. Stqarr li Prof. Casha għallem ġenerazzjoni sħiħa ta’ tobba Maltin.

Today my dear brother has passed away.He will be sorely missed as an excellent surgeon, and a kind and supportive…

Posted by James Casha on Tuesday, May 12, 2020

Kollega tiegħu kiteb li tilef ħabib ta’ veru, u li jħossu grat li kellu ċ-ċans li jaħdem miegħu.

12/05/2020Malta has today lost a brilliant surgeon and a top academic. Professor Aaron Casha MD(Melit),…

Posted by Joseph N Grima on Tuesday, May 12, 2020

He was the loveliest and gentlest of men. Generous with his time, his words, his knowledge, and his lemon meringues. He…

Posted by Anna Marie Galea on Wednesday, May 13, 2020

Għandha ssir quddiesa għal ruħ it-tabib ladarba ċ-ċirkustanzi jippermettu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn