Filmat: Produzzjoni dwar l-ewwel Prim Ministru Mara

Marc Cabourdin illum huwa l-mistieden ta’ Frederick Zammit għal Nitfa Kultura fejn se jitkellem dwar Apotheosis, produzzjoni li se tittella’ dalwaqt fejn Angele Galea se tinterpreta lil Dolores, l-ewwel Prim Ministru mara ta’ pajjiżna. Din l-istess produzzjoni toħloq ukoll spunt għal diskussjoni wara li tintemm il-produzzjoni ġewwa Spazju Kreattiv.