Prodotti li ma għandhomx jinxtraw

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika huwa infurmat li l-pubbliku għandu jevita milli jixtri prodott bl-isem ta’ “Turmeric” li m’għandux ikun ikkunsmat minħabba li l-livell ta’ ‘Curcumin’ li nstab fih, jaqbeż il-livelli aċċettabbli għall-konsum.
Id-Direttorat ta dettalji wkoll ta’ prodott ieħor li jikkonsisti f’sett ta’ 5 biċċiet li jikkonsisti fi platt ċatt, skutella, tazza, kuċċarina u furketta magħmulin mill-fibra tal-bambu li huma disponibbli f’diversi kuluri. Dan il-prodott jeċċedi l-valur tal-limitu tal-migrazzjoni tal-formaldehyde.